l-istejjer strambi ta' sara sue sammut

 

 

 

X'aktarx l-iktar ktieb ta' Immanuel Mifsud li jissemma huwa L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut, ippubbklikat mill-MINIMA Publishers fl-2002. L-umoriżmu, l-ironija, il-vjolenza u numru ta' nies li tilfu kull sens ta' direzzjoni jokkupaw il-paġni ta' dan il-ktieb li f'mumenti minnhom jaf ukoll ikun ċiniku.

Il-karattri ta' Mifsud hawnhekk ivarjaw mill-hooligans tal-football sa managers eżekuttivi li jgħixu minn jum għal jum bla ħsieb u bla direzzjoni ta' xejn. B'ton irrabjat għalkemm umoristiku, Mifsud jgħaddi biż-żmien s-sitwazzjoni politika f'Malta tas-sebgħinijiet, l-aktar mill-għajnejn ta' ħaddiema fil-fabbrika li mbagħad issir Komunista: il-magħrufa Sara Sue Sammut. Minkejja dan l-umoriżmu, il-ktieb jirrakkonta l-istejjer koroh ta' ittmi tad-droga mingħajr ma jgħaddi ġudizzji.

Fid-daħla tiegħu Mifsud jikkummenta li m'hemm l-ebda raġuni għala għandna ninħasdu bin-nuqqas ta' identita' li l-ġenerazzjoni X għandha. Kienet diġa' problema fis-sebgħinijiet meta l-ġurnalisti, l-intellettwali, il-kittieba u l-Maltin l-oħra kellhom kwistjonijiet oħra jtaqqlulhom rashom. Wara li dawn il-kwistjonijiet - kollha ta' natura politika - tpoġġew f'ġenb tfaċċat il-ġenerazzjoni l-mitlufa, li wara kollox kienet qiegħda titrabba f'dak iż-żmien.

L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut rebaħ il-premju nazzjonali għal-letteratura fl-2002.

 


LURA GĦALL-BIBLJOGRAFIJA