stejjer ta' nies koroh

 

 

 

 

 


L-ewwel pubblikazzjoni ta' Immanuel Mifsud - Stejjer ta' Nies Koroh - tiġbor fiha għoxrin novella. Dawn in-novelli jippreżentaw lill-qarrejja numru ta' karattri imarġinati: drogati, tallaba, eroj minsija, persuni li tilfu 'l familthom, u oħrajn diżillużi ħafna bil-ħajja. F'ħafna każi l-istejjer huma ambjentati fi bliet kbar metropolitani, fejn in-narratur jempatizza mal-karattri.

Miktub fi tmiem is-snin tmenin, meta Mifsud imbarka fuq vjaġġi bit-tir li jitbiegħed minn gżira soffokanti u soffokata bil-korruzzjoni tal-politika partiġġjana, dan il-ktieb huwa kemm djarju personali li jagħtu rendikont ta' dawn l-ewwel vjaġġi fil-beraħ tal-metropoli (l-aktar Londra) u kemm l-affaċċjar mar-realta' Maltija tat-tmeninijiet, ikkaratterizzata b'sistema riġida ta' bi-polariżmu politiku li kienet qiegħda toħnoq il-liberta' ta' l-individwu.

Il-liberta', fil-fatt, hija l-prerogattiva ta' l-imarġinati li jirrakkuntaw ħajjithom f'dawn in-novelli.


LURA GĦALL-BIBLJOGRAFIJA