stejjer li kibru fl-art
Stejjer li Kibru fl-Art hija l-ewwel ġabra ta' stejjer għat-tfal miktuba minn Immanuel Mifsud.
Oriġinarjament dawn l-istejjer inkitbu għat-tifla ta' ħabiba personali tal-kittieb, iżda fl-2004 il-Klabb Kotba Maltin ippubblikahom. Fil-parti l-kbira tagħhom l-istejjer huma miktubin fil-forma ta' proża poetika.
Fost il-karattri hemm it-tifla li tmur tgħix fuq il-qamar; il-pjanu l-mutu; il-ballerina tiżfen fuq wiċċ il-kejk; il-farfett b'qalbu maqsuma u Pietru l-fenek non-konformista.
L-istejjer inkitbu fid-distrett ta' Todtmoos, fil-Foresta s-Sewda, il-Ġermanja fl-1999.
Stejjer li Kibru fl-Art għandu illustrazzjonijiet ta' Greta Borg Carbot.