polska-slovensko

Żewġ ċikli poetiċi, wieħed jiddokumenta l-vjaġġ ta' Immanuel Mifsud lejn il-Polonja fl-2002, u l-ieħor il-vjaġġi spissi lejn ir-Repubblika Slovakka, ippubblikati fl-2004 f'edizzjoni bilingwi bi traduzzjoni Ingliża ta' Maria Grech Ganado. Polska-Slovensko, tnieda waqt ċena għall-kittieba, organizzata mill-Ambaxxata Irjali ta' l-Olanda f'Malta fil-5 ta' Novembru 2004.
Immanuel Mifsud jikteb l-impressjonijiet tiegħu dwar żewġ artijiet li bejniethom kellhom komuni imgħoddi Komunista u li t-tnejn, flimkien ma' Malta, ingħaqdu fl-Unjoni Ewropea fl-2004.
Uħud mill-poeżiji huma personali, iżda oħrajn iħarsu lejn mumenti deċiżivi fl-istorjat taż-żewġ pajjiżi bħall-Olokawstu fil-Polonja u l-Qawmien Nazzjonali Slovakk.