poeżiji

 





You can read these poems in English





FTIT WERAQ MINN KAZIMIERZ DOLNY


1. Rynek, Filghodu
Michal ipingi akkwarell ta' wicci.
Jolanta qieghda thares kollha mhabba
b'ghajnejha kbar ipittru l-poezija.
L-gholjiet li jghassu l-pjazza jridu jqattru
ftit xita helwa fuq dal-misrah wiesa'.
Mara gitana ddur biex taqra x-xorti
b'sidirha mdendel taht il-libsa safra.
Ix-xih li jbigh il-fjur jintasab jonghos
hdejn dik li tbigh is-shahar tac-carruta.
It-tfal iz-zghar qed jigru ghall-hamiem.

Kemm stejjer hawn iduru qalb l-imwejjed
mimlija bit-turisti jiehdu l-birra.
Kemm grajjiet twal jinghadu f'nofs dil-pjazza
fejn l-ghajn tan-nofs tistenna jerga' jidlam.


2. Rynek, Filghaxija
Flghaxija taqa' poezija sewda
daqs il-libsa tat-tieg tal-principessa
li qabzet minn fuq torri ghall-imhabba.*
Fit-tarf hemm tfajla, xorbot hafna vodka,
mixhuta fl-art qed tkanta notturnata
lin-nannakol li mar jistrieh fl-imsagar.
Turisti jinnamraw ghad-dawl tax-xemgha
fuq ftit imwejjed fil-kafè qed jaghlaq.
Xi zewg poeti jiktbu l-versi taghhom.
U l-ghajn fin-nofs, tistenna jerga' jisbah.


3. Michal
Hallejtlek wicci mqarras fuq it-tila;
hallejtlek dal-mument li qatt ma jigi;
hallejtlek dan il-vjagg fuq ferrovija
li qasmet sekli shah ta' stejjer qodma
ta' rmied, ta' demm jixxerred, ta' djamanti;
hallejtlek ghanja li tixtieq tinstema'
b'mitt lingwa differenti mixjin f'daqqa.
Ghum sa tarf ix-xmara biex forsi fl-ahhar
insibu qed jistenna ftit serhan.



___________________________________________________________________

*F'Kazimierz Dolny jirrakkuntaw l-istorja antika, li darba wahda kien hemm bint sinjurun li kienet imwieghda ghaz-zwieg lil wiehed princep. Din it-tfajla, izda, kienet thobb sajjied minn dawn l-inhawi. Missierha, malli sar jaf, qafilha f'torri, mnejn darba wahda qabzet ghal isfel b'disprament. Din it- tfajla ndifnet liebsa libsa tat-tieg sewda. It-tradizzjoni Pollakka tghid li bil-lejl din it-tfajla tohrog iddur liebsa l-iswed fit-toroq ta' Kazimierz Dolny.






FTIT WERAQ MINN KRAKOVJA


1. Rynek
Malli wahdi wasalt fil-pjazza l-kbira
ilmaht il-mejtin tieghi jistennewni.
U taht is-shab, u taht ix-xemx tkellimna.
Poggejna fil-kafè nixorbu l-birra
u ppruvajna nghoddu kemm hamiem taru,
kemm nisa qasmu l-pjazza bil-ward f'idhom,
kemm lingwi differenti ma fhimniex.

'Mbaghad qamu l-mejtin tieghi biex jitilqu
ghax sar il-hin u l-pjazza bdiet tiddallam.
Ghebu fix-xejn u baqghu ftit memorji.
Madwari stampi mlewna tal-hajjin.


2. Sex Shop
Agnieszka nofsha mnezzgha tippassigga
fil-kurituri kollha stampi homor.
L-irgiel iharsu lejha u jriduha,
idendlu z-zloty mghaffga biex jehduha.

Nistenna lil Agnieszka tersaq lejja
ha nhares lejn sidirha kollu fjuri;
ha nerga' nhossni qed nintilef f'demmi;
ha nifli fejn hi sejra din ir-ruh.


3. Nowa Huta
Darba kien hawn il-monument ta' Lenin,
ihares lejn il-griz ta' Nowa Huta,
lejn l-ghajja tal-haddiem, lejn din it-telqa,
lejn il-kannella stramb fuq il-hitan.

Din hi l-belt tal-proletarjat jiggieled -
ma' l-ebusija ta' l-azzar, man-niket,
ma' l-istorja 'nevitabbli, mad-dmija,
mal-weraq dejjem niezel, u mad-dmugh.

Illum sehibna Lenin m'ghadux ghassa;
'mma ghad hawn il-griz, ghad hawn dak il-kannella,
ghad hawn il-proletarju jibla' l-birra,
ghad hawn dil-belt tittanta tfittex ruh.

Ghad hawn it-toroq mostri donnhom bhejjem.
Ghad hawn l-istess guh li kien hawn dejjem.





FTIT WERAQ MINN VARSAVJA


Lil Lily, xi mkien bejn Krakovja u Varsavja
Bghattli messagg: hawnhekk, ir-rih qed jonfoh
fakkarni fik. Fejn mort illum tiggerra?

Kont fuq it-tren, nitbieghed aktar minnek
u riesaq lejn il-belt tat-toroq wiesgha,
lejn din il-belt tas-sinagogi mgarrfa,
lejn din il-belt tal-monumenti suwed
jirregistraw l-istorja tar-rewwixti
wara l-hitan tal-gebel u l-barbed wire
- l-eroj mixhuta jmutu gewwa l-ghetto --
il-belt maqtula kollha fit-tigrif.

Kont fuq it-tren inhares lejn l-ghelieqi,
lejn sigar kbar ixejru lill-frustieri
li jersqu 'l hawn bl-irtokk tal-pellegrini
biex jiflu l-grif, il-gass, il-poezija,
biex mill-irmied itellghu ftit djamanti,
biex jifhmu l-guh, il-ghatx u l-fantasija,
biex jaghmlu l-intervisti lill-ihirsa
li mietu jqattru d-dmija tar-regim.

U bghattlek messagg lura: qalb ta' qalbi,
ir-rih hawnhekk ma jonfoh qatt, inkella
l-irmied li fl-ahhar strah jibda jitharrek.
Nixtieqek qieghda hdejja ha tfakkarni
fil-bahar blu selvagg li rhejt warajja.
It-tren wasal fil-belt tat-toroq wiesgha.
Hawnhekk il-kelma 'nhobbok' nibza' nghidha.






FTIT WERAQ MINN MAJDANEK


1. Lil Flora Tree

Mal-hajt, mas-soqfa ghad hawn il-foga kahla
taz-Zyklon B li qatel lil nannietek.
X'hin rajna l-bottijiet stivati siekta
staqsejtni inix nara bhalek - arti
moderna stallata f'dal-mawzolew.

U lmahtek taqta' fjura mill-hamrija,
biex la tmur f'darek thawwilha ghall-memorja -
tifkira tant morbuza ta' Majdanek.

2. Deheb, Irmied u Mirra
Hawn kienu jmiddu l-mejta biex jaqlghulhom
id-deheb mill-hanek iggassjat biz-Zyklon:
post mortem biered biex titkompla l-qatla.
Ftit passi 'l boghod il-fran u l-irmied niezel:
ix-xmara griza li ma tridx titkellem.

Hawnhekk qatt ma tisma' vjolini jdoqqu.
Hawn biss is-skiet u l-mewt mahruqa.
Hawn biss it-telqa tal-memorji qodma;
il-ftuh li darba kellu riha stramba;
munzell irmied, jistrieh fis-skiet ghal dejjem.

3. Fil-kamra tal-Gass
Il-foga kahla taz-Zyklon mas-soqfa
tnixxiflek sa l-icken tracca ta' demgha.
Hawnhekk m'hawnx post ghall-biki. Hawn biss is-sikta
li tfakkrek fl-ghajat u t-twerziq tal-vittmi
ezatt ftit qabel ma tilfu sensihom
w tawlu l-lista ta' ritratti b'zewg dati.





FTIT WERAQ MINN OSWIECIM


1. Fid-dahla ta' Birkenau

Minn hawnhekk kienet tghaddi l-ferrovija
lejn din il-belt mibnija fuq it-tajn,
lejn din il-belt qed tmut biz-Zyklon B,
lejn din il-belt qed teghreq go l-irmied.

2. Fil-kamra tal-pupi, Auschwitz
Dat-tifel bil-beritta mghaddsa f'rasu,
ghajnejh imdawra lejja ha jwiddibni:
int qrajt l-istorja; taf fejn se jehduni.

Dit-tifla b'xagharha iswed ftit imhabbel
ma tridx li thares lejja sabiex tghidli:
int qrajt l-istorja; taf fejn se jehduni.

F'dil-kamra kemm hawn tfal minghajr tbissima;
kemm pupi zghar iharsu bla kuluri
fuq dan il-hajt. Ftit passi 'l boghod, ftit metri,
ghad hemm lehinhom kiebi qed jiddendel
ifittex kif se jahrab minn gol-gass.


3. L-irmied ta' Auschwitz
Min jaf billejl jitharrikx dan l-irmied?


4. Turisti
I.
Ahna w mixjin, iz-zrar ifaqqa' tahtna.
Biz-zraben l-ahhar moda immarcjajna;
bil-kamra tar-ritratti mdendla m'ghonqna,
u basket kbir tal-plastik souvenirs.


II.
Mejtin ghal sigarett - ma tistax tpejjep.
Ra wisq duhhan dal-post, u issa ddejjaq.


III
Ried ritratt sabih Ronaldo Rossoni,
biex la jmur lura d-dar jurih lil shabu.
Bi flokk Lacoste kulur ix-xemx ta' Lulju
u b'jeans parigg, b'zarbun tad-Diadora,
u b'rasu ftit immejla w bi tbissima,
ha poza sexy a la Humphrey Bogart.

Warajh kien hemm miktub Arbeit Macht Frei.


IV
B'bandiera bajda b'faxex blu u stilla,
min kokka w min bilwieqfa jtawwal ghonqu,
dal-grupp Israeljan gie jqim lil hutu
li mietu ghax ma gewx mir-razza Arjana.

Ha niehdu dar-ritratt, ghax hawn hawn demmna;
ghax hawn l-irmied ta' hutna f'dil-belt siekta.
Vjaggajna s'hawn ha nhossu l-olokawstu,
ha nifhmu sew xi tfisser tmut fil-massa.
Xi darba mbaghad nghidulkom x'gara sewwa
fil-bliet ta' Ramallah u ta' Genin.






______________________________________________________________________

© Immanuel Mifsud, 2002, 2004, 2005 Polska-Slovensko; KM

You can read these poems in English


LURA