Kimika - recensjoni ta' Mario Azzopardi

Il-ktieb gdid ta' Immanuel Mifsud (Kimika, Klabb Kotba Maltin) jasal fis-suq bi storja ta' censura mwahhla mieghu. M'hix l-ewwel darba li l-letteratura jew it-teatru lokali kienu ccensurati.

Gorg Pisani kien iccensurat fl-1947 talli ma weriex is-sabih tal-hajja fuq il-palk; biex id-dramm tieghu jithalla jinhadem ghall-palk, Francis Ebejer kien imgieghel jaqta' r-referenzi kollha ghall-kelma "Alla" fl-1962; poeziji ta' Akille Mizzi, Daniel Massa u Mario Azzopardi kienu mblukkati mit-Teatru Manoel fl-1968; tliet snin wara, l-istess teatru ccensura verzjoni Maltija ta' dramm ta' Arthur Miller minhabba "l-omosesswalita'"; dar tal-pubblikazzjoni qatghet barra numru ta' versi mill-antologija Demghat tas-Silg (M.Azzopardi wkoll) u l-istess ktieb tnehha mis-sillabu tal-Matrikola (1977) sena wara li kien issettjat, minhabba protesti minn hdan sorsi konnessi ma' l-Universita'.

U issa hemm l-antologija ta' Novelli ta' Mifsud. Suppost li l-gabra harget xahrejn ilu, imma d-dar ta' pubblikazzjoni li kienet diga' stampat il-ktieb rega' bdielha u harqet il-kopji kollha. B'xorti tajba, dahal biex isalva s-sitwazzjoni l-Klabb Kotba Maltin, li rega' stampa l-ktieb mill-gdid. U Malta letterarja ghandha tkun grata li dan il-ktieb hareg minkejja d-diffikultajiet kollha, ghaxicarrat hafna veli u hafna maskri.

Din ta' Kimika hi storja ohra li tixhed il-bigotterija f'Malta. Apparti li s-sitwazzjonijiet li johloq Immanuel Mifsud ilhom li invadew il-letteratura dinjija mijiet kbar ta' snin, il-vokabolarju li juza f'certi nhawi tal-kitba tieghu hu riproduzzjoni fidila tal-lingwa li jitkellmu hafna Maltin fit-triqat, fuq il-lantijiet tax-xoghol, fil-hwienet tax-xorb u sahansitra fl-iskejjel. Min jaghmilha tal-ghami, jew m'hux qed jghix f'dinja jew m'hux qed jghix f'dinja jew inkella hu/hi percimes ta' l-ipokrisija.

Nittama li l-ktieb ta' Mifsud ma jinbieghx ghax tigri l-kelma li ghandu xi frazijiet realistici zzejjed. Jekk jigri hekk, il-kummec bil-letteratura taghna jkun wasal f'punt tassew trivjali. Kimika ghandu valuri differenti. Minhabba li joffri testimonjanza tal-malavita f'Malta, tal-kurrenti li socjalment hemm ghaddejjin minn taht, il-ktieb kompli jsahhah il-fiction kontemporanja f'Malta li taghha, incidentalment, Mifsud sar rapprezentant ewlieni.

Hawn qe dikompli jissahhah il-fil tal-postmodernizmu li kienu ppjantaw fis-Snin Sebghin awturi bhal Frans Sammut, Alfred Sant u Paul P Borg, fost ohrajn li ma baqghux jiktbu. F'dawk l-awturi diga' kien hemm l-istat radikali ta' distorzjoni u l-aberazzjoni li ma jhallikx tifred is-sanita' mill-patologija. Fihom diga' kien hemm il-metaphor of derangement li jsemmi J.W. Aldridge meta jitratta n-narrattiva Amerikana u l-hajja kontemporanja (1983).

Mifsud jestendi dawk l-ewwel esperimenti billi jghawweg il-koerenza lineari tan-narrattiva, johloq varjeta' ta' ingredjenti (minn rapporti fil-medja ghal stqarrijiet tal-Pulizija jew tal-Qorti) u johloq premutazjoni ta' generi. F'Kap I , nghidu ahna, ix-xenarju idilliku kampanjol icedi ghall-kapovolta ta' ftit linji li turi l-bruda f'relazzjoni bejn ragel u mara (tema li Mifsud izur ta' spiss). F'Il-Lejl l-Iswed tac-Cief, il-leitmotif poetiku (fejn l-ghajat tat-tjur fuq l-irdum jitqabbel kontinwament mal-biki korali tat-trabi), jalterna mal-percezzjoni konkreta ta' hames persuni: minn student universitarju sa koppja fi krizi dwar ghandhiex ikollha tfal.

F'vena ohra karatteristika tal-postmodernizmu, Mifsud jisfiducja l-kompletezza u t-totalita' tar-rakkont tradizzjonali u jistruttura n-narrattiva tieghu mod iehor, nghidu ahna b'fittagni ossessiva fuq id-dettall (Laqgha ma' Mara Morbi) jew spustament kronologiku (Sonia). Il-kritiku Barry Lewis, li specjalizza fl-analizi tal-letteratura bejn is-Snin Sittin u tmiem is-seklu 20, dawn isejhilhom "tattici tal-gwerilli letterarji".

L-ansjeta' u l-paranojja fl-istejjer ta' Mifsud jithalltu mat-telqa ghall-kurrent. Fi kliem iehor, hemm in-nuqqas ta' destinazzjoni ffukata. L-ansjeta' biex tinstab l-omm bhala punt ta' riferiment u stabbilta' f'Zerafa, perezempju, talterna ma' attivita' omosesswali degradanti. Ta' min josserva li l-konvinzjoni li s-socjeta' topera kontra l-individwu (l-aktar l-individwu vulnerabbli) u l-aljenazzjoni, huma fatturi kemm tal-modernizmu kif ukoll tal-postmodernizmu (jew post-postmodernizmu). Dawn is-sintomi letterarji huma prezenti b'mod konsistenti f'Mifsu in-narratur, li hu ta' xehta kompletament differenti minn Mifsud il-poeta.

L-awtur innifsu jghid f'nota fuq il-qoxra ta' wara tal-ktieb li ried johrog l-identikit ta' nies "li ma jafux x'se jaghmlu b'hajjithom u ta' ohrajn li l-hajja ma tafx x'se taghmel bihom". Jghid ukoll li jqis lil dawn l-erwieh maqbudin f'kurrenti qawwija, immexxija mill-politika, mill-mezzi tal-midja u "miz-zmien innifsu".

Dik li jirriproduci Mifsud hi d-dinja (mikrokozmika, ghax Maltija) tal-bassi fondi. Ghandha l-eki tal-vagabondi, it-traffikanti, il-paranojci, il-kriminali u l-qhab li jizeghdu l-kerrejiet ta' xi Dostojevski jew Gorki. U l-hwienet tax-xorb kolonjalizzati mill-Gharab f'Malta huma l-estensjoni ta' Strada Stretta fi zmien il-bahirn Inglizi, rikreata fit-teatru ta' Guze Chetcuti, li wkoll nizel biex imiss il-qiegh tas-socjeta', izda b'limiti li ghal Immanuel Mifsud, b'xorti tajba, m'ghadhomx jghoddu.

Mifsud jaghlaq il-gabra gdida ta' stejjer tieghu b'parodija inciziva dwar il-personalitajiet lokali li hatfu l-midja. F'divertiment satiriku delzzjuz iressaqhom biex jircievu l-onorificenza ta' l-Ordni tal-Mertu. Il-katalgu tal-genn u l-perversita' (din id-darba sottili u wisq aktar rispettabbli) hu komplet permezz a' din l-ahhar filliera grotteska ta' ikoni minfuha.


Mario Azzopardi, In-Nazzjon, 14 ta' Lulju 2005

 


LURA