
Beda jikteb skripts u jidderieġi drammi esperimentali. Ħadem drammi ta' Chekhov, Dario Fo, Max Frisch, Federico Garcia Lorca, David Mamet, Harold Pinter u Alfred Buttigieg.
Immanuel Mifsud kiteb numru ta' kotba ta' poeżiji u novelli u diversi xogħlijiet tiegħu nqalbu u ġew ippubblikati f'pajjiżi differenti.
Fl-2002 rebaħ il-Premju Nazzjonali għal-Letteratura bil-ktieb L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut, li ġie nnominat għall-Premio Strega Europa. Fl-2005, il-ktieb tiegħu Kimika qajjem kontroversja minħabba materjal meqjus "maħmuġ", u filwaqt li xi gazzetti ħarġu kritika qawwija fuqu, oħrajn irrifjutaw li jippubblikaw reċensjonijiet dwaru.F'Novembru 2008 ħierġa ġabra oħra ta' novelli, Stejjer Li Ma Kellhomx Jinkitbu.
Huwa ħareġ kotba għat-tfal, fosthom l-aħħar pubblikazzjoni tiegħu Orqod, Qalbi, Orqod.