il-ktieb tar-riħ u l-fjuri

 

 

Il-Ktieb rar-Riħ u l-Fjuri hija ġabra ta' sittin poeżija miktuba bejn l-1989 u l-2001. Id-diżillużjoni bl-imħabba titħallat ma' l-imħabba tas-sabiħ, iċċelebrata l-aktar fil-versi erotiċi.

Anki hawn jinstab il-vjaġġ bħala tema ċentrali, bil-kittieb li jsir il-pellegrin fi tfittixija għal xiħaġa mhijex magħrufa.

Minkejja l-kulur u l-ġmiel, xi poeżiji joħorġu fid-deher aspetti aktar negattivi tal-ħajja tal-kittieb. "Ftit Qabel Doża Seroxat" u "Il-Poeżija s-Sewda" jiddokumentaw il-mumenti l-aktar koroh f'perjodu meta Mifsud kien taħt kura psikjatrika minħabba dipressjoni klinika.

Xi wħud minn dawn il-poeżiji kienu tradotti għall-Ingliż minn Marija Grech Ganado, u nqalbu wkoll għall-Katalan, għas-Slovakk u s-Sloven, fejn inqraw f'festivals tal-poeżiji f'dawn il-pajjiżi.

 


LURA GĦALL-BIBLJOGRAFIJA