km

 

 

 

 

Dan il-ktieb kien ispirat mill-kilometri li Immanuel Mifsud ivvjaġġa f'għaxar pajjiżi differenti Ewropej: ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Fillandja, Spanja, il-Polonja, ir-Repubblika Slovakka, il-Bosnja-Herzegovina, is-Slovenia, il-Kroazja u l-Awstrija. Il-poeżiji jvarjaw minn dokumenti personali għar-reazzjoni tal-poeta għall-mumenti l-aktar sinifikanti fl-istorja ta' dawn il-pajjiżi, bħar-rivoluzzjoni tal-Bellus taċ-Ċekoslovakkja, id-diżintegrazzjoni tal-Jugoslavja, il-ġerħa Pollakka ta' l-Olokawstu u l-esperjenzi diversi ta' l-imgħoddi Komunista.

KM huwa pubblikazzjoni oħra tal-Klabb Kotba Malti, u kien ippubblikat f'għeluq is-sena mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea. Huwa dokument ta' vjaġġ ta' kittieb li jsalpa mill-periferija għaċ-ċentru ta' kontinent bi storja mqallba ta' imperi, dmija u purtieri tal-ħadid.

KM  ukoll huwa ppubblikat f'edizzjoni bilingwi, bil-verżjoni Ingliża ta' Marija Grech Ganado.

 


LURA GĦALL-BIBLJOGRAFIJA