kimika

 

 

Il-ħames ġabra ta' novelli miktuba minn Immanuel Mifsud tagħti ħarsa aktar mill-qirb lejn id-dinja tal-kriminalita', l-aktar dik konnessa mad-droga. Kimika joffri wkoll kummentarju satiriku dwar il-mezzi tax-xandri, b'referenzi speċifiċi għar-reality tv, it-tv ġurnalistiku, u dawk li joħolqu l-opinjonijiet.

Għalkemm ħafna mill-karattri f'dan il-ktieb jingħataw il-ġenb mis-soċjeta' inġenerali dawn ma jistgħux jissejħu anti-eroj, għaliex, fl-aħħar mill-aħħar dawn huma nies normali li jiġġieldu minn jum għal jum biex jissopravivu, uħud minnhom jafu wkoll jgħixu ħajja diċenti.

Oriġinarjament Kimika kellu jkun ippubblikat mill-Progress Press fl-2004, iżda l-kumpanija reġa' bdielha ftit jiem qabel il-ktieb kellu joħroġ. F'Mejju 2005 Progress Press irilaxxat lil Immanuel Mifsud mill-kuntratt u minnufih il-Klabb Kotba Maltin ħa d-drittijiet tal-pubblikazzjoni.

Il-ktieb għamel ħoss kbir, u ħoloq kontroversji. Gazzetti bħall-Orizzont ħarġu jattakkawh bħala ktieb oxxen u pornografiku. Oħrajn irrifjutaw li jippubblikaw reċensjonijiet dwaru.

 


LURA GĦALL-BIBLJOGRAFIJA