LETTERATURA: X'INHI ... X'MHIJIEX?
Alfred Degabriele
 

 

 


Din hija l-mistoqsija li gietni dan l-ahhar meta kont naqra xi kotba godda li hargu dan l-ahhar ... u l-aktar meta gie f'idejja wiehed partikolari. U staqsejt lili nnifsi : ghaliex hafna minna jiktbu? X'inhu dan il-bzonn tal-kitba?

Kull wiehed u wahda minna, skond l-inklinazzjonijiet u l-gibdiet taghna, naghzlu x-xorta ta' qari li nkunu nixtiequ naqraw. Min ihobb ir-rumanzi u min ihobb jaqra poeziji lirici, hajku, ballati u ohrajn. Huma hafna dawk li jaghzlu li jaqraw il-proza u ghaldaqstant, hafna kittieba jaghrfu jisfruttaw din l-ghazla tal-bosta.

Naturalment, mhix haga tajba li jekk, minflok letteratura, qalb il-kotba li nsejhulhom letterarji, insibu kotba xort'ohra, kotba li zgur li bl-ebda sforz ta' l-immaginazzjoni ma jistghu jissejhu hekk. fil-fehma tieghi, fost dawn il-kotba mitfughin qalb dawk letterarji hemm il-ktieb li ghadukemm hareg u li gie f'idejja b'kumbinazzjoni, Kimika ta' Immanuel Mifsud.

Ghax taqbad u tghid u tistaqsi: X'inhi Letteratura? Kull kitba li tinkiteb biex tinkiteb? Kittieb gharef darba qal li kull wiehed minna jehtieg johrog l-arti li ghandu go fih. U din l-arti, f'ghamla meqjusa (genre) li dak li jkun jaghzel li jesprimi ruhu biha nsejhulha "Letteratura." U, ghalhekk, mhumiex Letteratura l-kotba pornografici li forsi lil xi uhud jistghu joghgbuhom. Il-Letteratura toghla bil-wisq aktar 'il fuq. Mhux dak huwa s-serhan (il-bzonn) li nitkellmu dwaru u nifhmu meta nsemmu l-arti ta' go fina!

Il-ktieb Kimika ta' 142 pagna jehodna f'mixja twila li nistghu nsibu fit-taqlib ta' mohh (jew, ahjar, imhuh imhawda) b'kull tip ta' frustrazzjoni u fantasija fejn jidhol is-sess u l-espressjoni tieghu. M'iniex hawn niskanta jew nghaddi kumment dwar is-sess innifsu. Izda l-mod car kif spjegat, u l-post fejn insibuh (fi ktieb li suppost huwa letterarju) huwa esperjenza morbuza ta' tqalligh ta' l-istonku ghal min jiftah ktieb biex minghalih isib l-esperjenza ta' l-awtur, f'letteratura vera. Jien jidhirli li l-espressjoni tas-sess tista' ssir b'mod aktar sottili. Zgur li mhix hekk f'dan il-ktieb ta' Immanuel Mifsud. Ars artem celare konna nghidu bil-Latin: l-arti tassew qieghda billi tahbiha. Fil-ktieb Kimika huwa ghal kollox bil-maqlub. Ma jezisti l-ebda sens ta' misthija, l-ebda sens ta' elevazzjoni ta' l-ispirtu li l-arti tassew suppost li tnebbah fina. Dan il-ktieb huwa biss in-negazzjoni tal-komponenti li suppost jaghmlu l-Arti!

Ma rridx b'daqshekk nghid li m'hemm xejn interessanti f'dan il-ktieb. Min jghid hekk la jkun jaf jizen u lanqas ihoss. Ma tkunx kritika genwina. Il-Malti ta' Mifsud huwa wiehed mirqum, ghalkemm 'l hawn u 'l hinn tiltaqa' ma' zbalji ta' ortografija li jista jkun li harbu lill-awtur jew lil min ra l-provi: haga li tigri. Nghid ghalija ghogbitna hafna d-deskrizzjoni helwa f'Kap I ta' kif tnejn jiltaqghu flimkien ghall-ewwel darba, tinbet l-ewwel xrara ta' mhabba u jsiru jhobbu 'l xulxin. Izda dawn l-ewwel ftit pagni aktar narahom bhala nasba biex ihajru 'l dak li jkun biex ikompli jaqra u jidhol fid-dinja pornografika li kienet gejja wara u li gejja mill-kittieb ghall-qarrej.

Ma jonqsux deskrizzjonijiet misterjuzi l-aktar fit-tieni novella Il-Lejl l-Iswed tac-Cief. Deskrizzjonijiet li jhalluk tahseb x'irid jghid il-kittieb b'dak is-simbolizmu mgebbed u misterjuz li ftit li xejn ifiehmek is-suggett.

Il-bqija tal-ktieb tista' tghid huwa zvog ta' kull xorta ta' sess: insibu lejla ta' sess ma' tfajla barranija ta' bniedem isseparat. Hawnhekk l-istil jitqal ukoll b'hafna deskrizzjonijiet monotoni u bla importanza ta' "appliances". Insibu deskrizzjoni ta' incest: sess bejn ziju u neputi, bews bejn zewgt irgiel, sess bejn qassis u tfajla, infedelta', prostituzzjoni, deskrizzjoni ta' zvergnita', il-propagazzjoni ta' kull xorta ta' kotba pornografici, sess ta' tfajla li tinbidel minn ragel ghal iehor. Huma d-deskrizzjonijiet infushom, mhux il-kazijiet imsemmija, li jtabbghu l-kitba li tistahba taht il-mantell ta' letteratura.

Meta nigu ghal-lingwagg uzat, hawnhekk insibu l-aghar frazijiet li wiehed jistenna li jsib f'kitba letterarja. Half, kliem baxx, nofs dagha, u kliem li normalment inqisuh tabu' jinghad bl-ebda misthija ta' xejn. Dan biex inkunu semmejna biss uhud mill-hwawar li jaghgen il-lingwagg li ghandu jimla bil-misthija lil min ikun jaqra l-ktieb.

Il-ktieb innifsu jgieghlek tahseb li miktub minn persuna frustrata li ntelqet ghal ghonq it-triq wara li falliet f'xi haga f'hajjitha u li, ghalhekk, ipprova minn kollox. Ex abundantia cordis os loquitur. Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.

Ghall-ahhar tal-ktieb ghogbitni u laqtitini d-deskrizzjoni ta' l-imsejknin li ghandhom il-problemi u li ghalihom il-Milied ma jhossuhx jum differenti mill- ohrajn ghax ma jistghux jaghmlu mod iehor. U hawnhekk tidher fil-kittieb dik l-umanita' li kont nahseb li l-kittieb m'ghandux.

Ma tonqosx ghall-ahhar tal-ktieb ukoll l-ironija u f'xi deskrizzjonijiet, bhal fid-deskrizzjoni ta' Maxy Mara Sexy kif ukoll is-sarkazmu bhal f'Dittu u f'Gizzy. Hawnhekk ma nistax ma nistqarrx li nemmen li dawn ir-referenzi huma dwar nies f'Malta li jghixu tassew u mhumiex biss hlejqiet ta' mohh l-awtur. Nahseb isemmilhom b'isimhom kien ikun jonqos!

Kollox ma' kollox, kif ghedna aktar 'il fuq, il-kittieb ghandu hakma tajba tal-Malti hlief ghal xi zbalji ortografici 'l hawn u 'l hemm. Izda, tnehhi, ghal dawk il-ftit siltiet li semmejt li ghogbuni, qajla nsib letteratura fil-ktieb Kimika. Iz-zgur huwa li fih ghandna nsibu n-nuqqas ta' dak kollu li nsemmnu li ghandha jkollha l-letteratura. Min jaf? Forsi ried jimita lid-Decameron ta' Giovanni Boccaccio? Ghalija aktar resaq lejn il-ktieb Kama Sutra ta' Vatsyayana minflok. Irrid anzi nghid li hawn ghandna ktieb li jista' jaghmel aktar deni fl-adolexxenti jekk jakkwistawh biex minghalihom jaqraw ktieb letterarju b'doza moderna.

Hasra meta bniedem jista' juza l-hiliet tieghu biex jaghni aktar il-Letteratura Maltija biex din tkompli tikber dejjem aktar!


Alfred Degabriele, L-Orizzont 28/9/2005


LURA