fid-dar ta' clara

 

 

 

Fl-1998 Immanuel Mifsud ħareġ l-ewwel ġabra ta' poeżiji, ġabra li tiġbor fiha 46 poeżija miktubin fuq perjodu ta' ħdax-il sena. It-temi jvarjaw minn riflessjonijiet dwar is-sitwazzjoni politika u soċjali f'Malta, il-gwerra tal-Golf ta' l-1991, il-ħtieġa urġenti tal-ħarba mill-konfini stretti tal-pajjiż, l-imħabba u oħrajn. Fid-Dar ta' Clara huwa stedina lill-qarrej biex jidħol fil-kuriduri mudlama u umdużi ta' din id-dar - metafora tal-persona tal-kittieb.

L-ewwel poeżiji, miktubin fiż-żogħżija, juru l-ispirtu anarkiku u ribell ta' persuna rrabjata. Dan l-ispirtu joħroġ aktar fil-poeżija tal-vjaġġ, b'riflessjonijiet dwar Londra u Budapest.

Il-poeżiji ta' mħabba joħorġu l-ispirtu boem: l-imħabba hija xiħaġa effimera u ġieli anki perikoluża, iddestinata dejjem li tispiċċa ħażin.

'Poeżija lil Clara', waħda mill-poeżiji l-aktar ċentrali tal-ġabra, kienet inkluża minn Oliver Friggieri fi Il-Ktieb tal-Poeżija Maltija, antoloġija li turi l-firxa mill-eqdem testi poetiċi Maltin sa dawk l-aktar riċenti.

 


LURA GĦALL-BIBLJOGRAFIJA